Ġrajja li sseħħ fl-ewwel seklu mad-dawra tal-Lvant tal-Mediterran u lil hinn minnu. Vjaġġi riskjużi u avventuri affaxxinanti, prostituzzjoni, passjoni u mħabba fl-ideal tagħha, kif ukoll riflessjoni tul tfittxija, sikwit inkonxja għal dak l-iskop ewlieni li jagħmel il-ħajja umana sinifikanti u nobbli.
Kif inhuma minsuġa s-Seba’ Meravilji tad-dinja antika mal-esperjenza qarsa u ħelwa ta’ xebba Griega? X’misterju tipprova ssolvi? X’inhi t-tmien meravilja? Fejn u kif tiskopriha?
Paperback – 480 paġna – Prezz €12.00
ISBN 978-99957-859-5-6