• IL-MULEJ ĠESÙ
    Opportunità biex tiskopri mill-Iskrittura l-glorja divina u s-sbuħija ta’ Ġesù Kristu, sabiex temmen fih għall-ħajja ta’ dejjem, tgawdih u tagħtih il-qima li tant tixraqlu.
  • IT-TRINITÀ MQADDSA
    Nemmnu f’Alla wieħed, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, kif tgħallem l-Iskrittura.
  • X’GĦANDI NAGĦMEL BIEX INSALVA?
    Dan il-ktejjeb, bħal eżami mediku, jikkonsisti f’żewġ partijiet ewlenin. L-ewwel id-dijanjosi, imbagħad il-kura. Nisimgħu x’jgħidilna t-tabib tar-ruħ, Ġesù, dwar il-qagħda spiritwali tagħna. Il-marda tagħna gravi. Imma hemm ukoll aħbar tajba. L-istess tabib kapaċi jfejjaqna, u jagħtina l-ħajja eterna.
  • IL-FIDI EVANĠELIKA
    Sommarju tad-dottrini ewlenin tal-fidi evanġelika, fuq Alla, il-bniedem u l-fidwa.
  • FUQHOM ŻERNAQ ID-DAWL
    Nistaqsi. Naqra. Nemmen. Vjaġġ spiritwali ta’ Kattoliku sinċier.
  • KUN ĦANIN MIEGĦI
    Il-Mulej Ġesù jwieġeb l-aktar mistoqsija importanti: Kif nista’ nkun sewwa m’Alla?
  • TIKKA U MAĦBUBA
    Jien nirrispetta kull bniedem, mill-konċepiment sal-mewt, għax hu maħluq fuq ix-xbieha t’Alla. Għalhekk nagħżel il-ħajja.
  • IL-FIDI U T-TBATIJA
    Infittxu ‘l Alla fit-tbatijiet u l-mard tagħna, biex jgħallimna, ifejjaqna u jagħtina tama.
  • IL-MISSIERNA
    It-talba li għallimna Sidna Ġesù, “Il-Missierna”, hi mudell għalina biex nitolbu skont ir-rieda t’Alla.
  • IL-KRISTJAN U L-AFFLIZZJONI
    Gwida u kuraġġ għall-Kristjan meta jkun għaddej minn żmien ta’ pressjoni enormi tant li jħossu jaqta’ qalbu.
  • ARA MA TTAJJARX SEBGĦEK
    M’intix aċċident bioloġiku; int maħluq bi skop … dan il-ktejjeb jurik kif tilħaq l-għan tiegħek fi ħbiberija m’Alla, il-Ħallieq tiegħek.
  • STEJQIEN – GWIDA GĦAT-TALB
    Imqassam f’ġimgħat sabiex tiffokata fuq grupp ta’ nies differenti li għalih trid titlob, tibda’ minnek u mill-familja tiegħek, u titwessa’ għall-komunitajiet akbar.
Scroll to Top