L-impenn tagħna lejk
Il-motiv tagħna fil-counselling pastorali huwa l-imħabba, biex ngħinuk u niggwidawk skont l-għerf tal-Kelma t’Alla. Meta titkellem magħna, irriduk tħossok rispettat u mismugħ. Aħna nimpenjaw ruħna li nittrattaw dak li tgħidilna b’attenzjoni u kunfidenzjalità.
Xi tfisser il-kunfidenzjalità
Il-kunfidenzjalità tfisser li l-informazzjoni personali li tagħtina waqt il-counselling ma tiġix żvelata lil ħaddieħor mingħajr il-permess
Il-limiti tal-kunfidenzjalità
Il-kunfidenzjalità fil-counselling pastorali mhijiex assoluta. Jekk iħoss il-bżonn, il-counselor jista’ jikkonsulta ma’ mexxejja oħra tal-knisja (dan isir b’attenzjoni u b’diskrezzjoni).
Hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li l-presbiteri jgħaddu informazzjoni ma’ persuni relevanti. Dawn iċ-ċirkostanzi jinkludu:
- Riskju ta’ ħsara lilek innifsek—eż. ħsibijiet ta’ suwiċidju.
- Riskju ta’ ħsara lil oħrajn—fejn ikun hemm persuni f’periklu jew abbuż.
- Safeguarding—speċjalment fejn jidħlu minuri jew persuni vulnerabbli.
- Obbligi legali—fejn il-liġi tobbligana li niżvelaw informazzjoni.
Kull meta jkun possibbli, niddiskutu miegħek qabel ma nagħtu xi informazzjoni. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi serji fejn inkunu kostretti ngħaddu informazzjoni mingħajr il-kunsens, u saħansitra kontra, ir-rieda tiegħek.
Kif ngħaddu l-informazzjoni
F’sitwazzjoni fejn ikun meħtieġ niżvelaw informazzjoni:
- Tingħata biss l-informazzjoni meħtieġa
- Tingħata biss lill-persuni relevanti (eż. awtoritajiet relevanti jew mexxejja tal-knisja)
Naħdmu flimkien b’fiduċja
L-għan tagħna hu li nappoġġjawk u ngħinuk spiritwalment, emozzjonalment, u b’mod prattiku. Inħeġġuk titkellem b’mod liberu magħna, iżda rriduk tifhem sew il-limiti li fihom naħdmu.
