Din is-sena taħbat l-1700 anniversarju mill-Konċilju storiku ta’ Niċea (325 AD)—avveniment li saħħaħ il-mixja tal-knisja ta’ Kristu. Imma għaliex għadu importanti sal-lum, wara daqstant sekli?
Nistednuk tingħaqad magħna għal taħdita pubblika li se tesplora l-wirt qawwi li ħalla warajh dan il-Konċilju ekumeniku. Skopri kif din il-laqgħa wieġbet mistoqsijiet kruċjali dwar min hu Ġesù, ġabet l-għaqda fi Knisja maqsuma, u tatna l-Kredu ta’ Niċea, l-stqarrija tal-fidi tant għażiża għall-Kristjani madwar id-dinja sal-lum.
Kemm jekk inti midħla tal-fidi u kemm jekk sempliċement interessat fl-istorja, din il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Ejja u skopri kif deċiżjonijiet meħuda 1700 sena ilu għadhom relevanti għall-fidi u l-ħajja tagħna llum.
Dħul b’xejn – Kulħadd mistieden