Kunfidenzjalità fil-Counselling

L-impenn tagħna lejk

Il-motiv tagħna fil-counselling pastorali huwa l-imħabba, biex ngħinuk u niggwidawk skont l-għerf tal-Kelma t’Alla. Meta titkellem magħna, irriduk tħossok rispettat u mismugħ. Aħna nimpenjaw ruħna li nittrattaw dak li tgħidilna b’attenzjoni u kunfidenzjalità.

Xi tfisser il-kunfidenzjalità

Il-kunfidenzjalità tfisser li l-informazzjoni personali li tagħtina waqt il-counselling ma tiġix żvelata lil ħaddieħor mingħajr il-permess

Il-limiti tal-kunfidenzjalità

Il-kunfidenzjalità fil-counselling pastorali mhijiex assoluta. Jekk iħoss il-bżonn, il-counselor jista’ jikkonsulta ma’ mexxejja oħra tal-knisja (dan isir b’attenzjoni u b’diskrezzjoni).

Hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li l-presbiteri jgħaddu informazzjoni ma’ persuni relevanti. Dawn iċ-ċirkostanzi jinkludu:

  • Riskju ta’ ħsara lilek innifsek—eż. ħsibijiet ta’ suwiċidju.
  • Riskju ta’ ħsara lil oħrajn—fejn ikun hemm persuni f’periklu jew abbuż.
  • Safeguarding—speċjalment fejn jidħlu minuri jew persuni vulnerabbli.
  • Obbligi legali—fejn il-liġi tobbligana li niżvelaw informazzjoni.

Kull meta jkun possibbli, niddiskutu miegħek qabel ma nagħtu xi informazzjoni. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi serji fejn inkunu kostretti ngħaddu informazzjoni mingħajr il-kunsens, u saħansitra kontra, ir-rieda tiegħek.

Kif ngħaddu l-informazzjoni

F’sitwazzjoni fejn ikun meħtieġ niżvelaw informazzjoni:

  • Tingħata biss l-informazzjoni meħtieġa
  • Tingħata biss lill-persuni relevanti (eż. awtoritajiet relevanti jew mexxejja tal-knisja)

Naħdmu flimkien b’fiduċja

L-għan tagħna hu li nappoġġjawk u ngħinuk spiritwalment, emozzjonalment, u b’mod prattiku. Inħeġġuk titkellem b’mod liberu magħna, iżda rriduk tifhem sew il-limiti li fihom naħdmu.

Scroll to Top