Idejn Ċkejknin — Stejjer mill-Bibbja

Carine MacKenzie

“Idejn Ċkejknin—Stejjer mill-Bibbja” huwa ktieb sabiħ għat-tfal li jintroduċihom għall-akbar storja li qatt inkitbet. Jikkonsisti f’69 rakkont qasir mit-Testment il-Qadim u l-Ġdid, miktuba b’mod sempliċi u interessanti. Kull rakkont jinkludi referenza mill-Bibbja, mistoqsija, xi ħaġa x’jiskopru fl-istampa, u ħsieb ewlieni.

“Stejjer mill-Bibbja” jieħu l-idejn ċkejknin tat-tfal u jqegħidhom f’idejn Ġesù sabiex minn ċkunithom iduqu l-imħabba ħelwa tiegħu.

Hardbound – 152 paġna – Prezz €8.00
ISBN 9789995791599

Scroll to Top