
Ara Ma Ttajjarx Sebgħek
Todd Friel
Jaqaw titgerrex mill-evanġeliżmu? Tixtieq tgħaddi l-aħbar it-tajba u ssibha bi tqila? Anke l-appostlu Pawlu mar għand il-Korintin bi dgħufija u b’biza’, u b’ħafna tregħid. Talab ukoll sabiex jingħata l-kuraġġ li jiddikjara l-evanġelju bil-miftuħ. Illum, bil-mezzi li għandna, sempliċi xxandar il-vanġelu.
‘Ara Ma Ttajjarx Sebgħek’ hu ktejjeb stampat apposta biex bl-ikbar sempliċità
wieħed isir jaf kif jista’ jsalva. Huwa preżentazzjoni bilanċjata tal-liġi t’Alla (li
tikxef il-ħtija tagħna) kif ukoll tal-grazzja (li biha nirċievu l-maħfra). Hu miktub b’mod mexxej u faċli biex wieħed jifhmu, b’eżempji u argumenti qosra u diretti.
48 paġna – prezz €1.00
ISBN 978-99957-915-0-6
